Kummissjoni Ambjent Arcidjocesi ta' Malta- Opinjoni dwar Turizmu Sostenibbli

1. Dahla

Matul dawn l-ahhar snin, il-Kummissjoni Ambjent, imwaqqfa fi hdan is-Segretarjat Pastorali Djocesan ta’ l-Arcidjocesi ta’ Malta, qatt ma naqset milli tesprimi l-opinjonijiet taghha fuq temi ambjentali lokali. Fil-kuntest li pajjizna wasal sabiex iniedi l-Istrategija Nazzjonali ghall-Izvilupp Sostenibbli, il-Kummissjoni hasset il-bzonn li tipprezenta din l-OPINJONI dwar it-Turizmu Sostenibbli sabiex taghti l-kontribut taghha f’diskussjoni pubblika li hemm bzonn issir fuq dan is-suggett krucjali u ta’ importanza nazzjonali. Il-Kummissjoni thoss li hemm bzonn urgenti ghal din id-diskussjoni minhabba diversi sinjali li qed isehhu madwarna:

l-industrija tat-turizmu f’pajjizna ghaddejja minn zmien difficli. L-isforz li nsibu soluzzjonijiet ghal din il-problema jista’ jwassalna sabiex niehdu decizjonijiet importanti b’mod mghaggel. L-esperjenza urietna li decizjonijiet mghagglin, ghalkemm jistghu jtaffu xi ftit mill-problema fil-futur immedjat, hafna drabi jkollhom impatt negattiv fuq il-gejjieni ta’ l-istess industrija kif ukoll fuq l-izvilupp sostenibbli f’oqsma ohra ta’ pajjizna;
kif intwera tant car fid-diskussjoni li qed issir sabiex tithejja l-Istrategija Nazzjonali ghall-Izvilupp Sostenibbli, decizjonijiet fuq l-izvilupp sostenibbli ta’ pajjizna jenhtieg jittiehdu f’qafas ta’ diskussjoni wiesa bis-sehem shih tad-diversi setturi tas-socjetà Maltija. Dan japplika wkoll ghas-settur turistiku. Minhabba r-rabta li ghandu ma’ oqsma ohra tas-socjetà, decizjonijiet marbutin mat-turizmu m’ghandhomx jittiehdu esklussivament mill-istess industrijalisti jew haddiema li jaqilghu l-ghixien taghhom min din l-industrija, jew inkella mill-Ministeru koncernat; u
filwaqt li kulhadd jaqbel li l-industrija tat-turizmu tista’ tizviluppa biss f’kuntest ta’ ambjent naturali, socjali u kulturali b’sahhtu, meta nigu ghall-prattika spiss jigri li, bl-iskuza li nzidu t-turizmu, nispiccaw nissagrifikaw dawk l-istess rizorsi ambjentali, socjali u kulturali li qed isostnu lil dan is-settur. B’hekk inkunu qed nipperikulaw l-istess zvilupp sostenibbli ta’ din l-industrija.
Il-Kummissjoni minn dejjem iddefendiet bis-shih il-principji u l-valuri ta’ l-izvilupp sostenibbli. Il-Kummissjoni temmen li dawn il-principji ghandhom jservu ta’ gwida u ta’ kejl etiku li jiggwidaw u jinfluwenzaw l-isforzi taghna bhala pajjiz sabiex insolvu problemi specifici jew settorjali kif issuggerit fl-Istrategija Nazzjonali ghall-Izvilupp Sostenibbli1.

Bhalma taghmel is-soltu, il-Kummissjoni Ambjent, ikkonsultat diversi esperti, kif ukoll rapporti u dokumenti ippubblikati dwar dan is-suggett qabel ma fasslet din l-OPINJONI. Mandankollu, il-Kummissjoni hi konxja li dan is-suggett hu tant vast u tekniku li ma jistax ikun trattat b’mod komprensiv u dettaljat f’dokument qasir bhal dan. Ghalhekk, aktar milli tidhol fl-irqaqat kollha ta’ dan is-suggett, l-ghan ta’ din l-OPINJONI huwa li toffri lill-pubbliku sintezi ta’ l-argumenti principali favur il-htiega ta’ turizmu sostenibbli f’pajjizna u b’hekk isservi ta’ spunt ghall-diskussjoni aktar wiesa, bilancjata u infurmata dwar dan is-suggett.

2. X’inhu Zvilupp Sostenibbli?

Ghall-Kummissjoni:

“Zvilupp sostenibbli hu zvilupp li jissodisfa il-bzonnijiet tal-lum minghajr ma jikkomprometti l-possibiltà li l-generazzjonijiet futuri jissodifaw il-bzonnijiet taghhom.”2

Decizjonijiet li jippromwovu l-izvilupp sostenibbli jippruvaw isibu bilanc bejn interessi ambjentali, socjali u ekonomici. Il-Kummissjoni temmen li ma jistax ikun hemm zvilupp jekk dan ma jkunx sostenibbli. Bi zvilupp nifmhu bidla (jew evoluzzjoni) ghall-ahjar li tissarraf fi stabbiltà akbar tas-sistema, u f’zieda fil-gid komuni li jkun jista’ jitgawda minn kullhadd … minn kull komponent tan-nisga tal-hajja fuq wicc il-pjaneta taghna. Jekk xi bidla ma tissarrafx f’dawn il-kwalitajiet, allura mhix zvilupp.

Dan ma jfissirx protezzjoni ta’ l-ambjent akkost ta’ kollox jew li zvilupp ma jgibx mieghu xi piz socjali. Ragunar bhal dan hu fqir u perikoluz. Imma bl-istess mod, argumenti favur zvilupp ekonomiku li ma jirrispettax il-bzonnijiet socjali u ambjentali tal-pajjiz huma foqra u perikoluzi.

Matul is-snin assistejna ghal diversi kazijiet f’Malta fejn progetti li kellhom il-mira li jzidu ix-xoghol, il-kompettitività u l-gwadann ekonomiku, spiccaw sabiex ftit nies haxxnu bwiethom ghad-dannu tal-kwalità ta’ hajja (f’sens socjali, ambjentali u ANKE f’sens ekonomiku) ghall-bqija tas-socjetà. Dawn in-nies ikunu min ta’ l-ewwel li jargumentaw b’mod pwerili li “m’ghandekx twaqqaf progetti kbar li jiggeneraw qliegh, biex tipprotegi haxixa jew dudu jew xi ftit ghelieqi zdingati”. Argumenti bhal dawn huma perikoluzi ghax jitfghu dawl ikrah fuq kull min jahdem favur il-harsien ta’ l-ambjent naturali, socjali u kulturali ta’ pajjizna, u jpinguh bhala bniedem b’mohh maghluq u li hu kontra l-progress. Madanakollu, dawn l-argumenti spiss huma xhieda ta’ mentalità fqira ta’ min ma jaghrafx postu fis-sistema naturali, ma jirrealizzax li kull zvilupp ghandu l-limiti tieghu u jirriduci r-rikkezzi naturali ambjentali fix-xejn.

Hija din il-mentalità li wasslet ghal hafna mit-tharbit fis-sistemi naturali tal-pjaneta taghna li qed jissarfu f’tibdil tal-klima, qerda bl-addocc tal-bijodiversità, konsum bla razan tar-rizorsi, zieda fl-incidenza ta’ mard ikkawzat mit-tniggiz, nuqqas ta’ gustizzja socjali u zbilanc fit-tqassim tal-gid … fejn fuq naha ghandek numru relattivament zghir ta’ nies li jiffangaw fil-gid li haznu spejjez ta’ haddiehor. Ghal min irid jifhem, dawn il-kundizzjonijiet, huma xhieda kif ir-reghba u l-egoizmu – individwali u kollettiv – jmorru kontra l-ordni tal-holqien u allura kontra r-rieda t’Alla l-Hallieq u Missier ta’ kulhadd3.

Il-principji u l-valuri li jwasslu ghal zvilupp sostenibbli jizguraw ambjent san, gust u sigur li fih il-bniedem jista’ ikollu mohhu mistrieh mill-gejjieni ekonomiku tieghu u ta’ uliedu u fl-istess waqt igawdi kwalità ta’ hajja li tixraq lid-dinjità taghna ta’ ulied Alla. Dan huwa t-tip ta’ zvilupp nazzjonali li kull wiehed minnha – kemm b’mod individwali u kemm b’mod kollettiv – ghandu jistinka ghalih. Dan naturalment jghodd b’mod specjali ghall-qasam tat-turizmu.

3. L-Izvilupp tat-Turizmu f’Malta

Fis-snin hamsin Malta hasset il-bzonn li ssib mezz ekonomiku iehor, minbarra il-bazijiet militari, biex tizviluppa. Fl-1958, meta twaqqfet il-Malta Government Tourist Board, in-numru ta’ turisti li gew Malta kien ilahhaq mat-12,500 ruh fis-sena. L-izvilupp f’dan is-settur qabad ir-rittmu fis-snin sittin, filwaqt li fis-snin sebghin, ghalkemm ir-rata ta’ bini ta’ lukandi godda battiet xi ftit, in-numru ta’ turisti, specjalment mir-Renju Unit, zdied b’erba’ darbiet! Kien dan iz-zmien meta l-bini fl-inhawi ta’ San Pawl il-Bahar u Bugibba sploda tant li l-infrastruttra tal-pajjiz fil-provvistà ta’ l-ilma u l-energija ma felhitx ghal dan l-izvilupp mghaggel. Bejn is-sena 1980 u s-sena 1984 in-numru ta’ turisti naqas kwazi bin-nofs.

Minhabba numru ta’ mizuri li ttiehdu, din l-industrija regghet bdiet tirpilja sakemm fl-ahhar nofs tas-snin tmenin, in-numru ta’ turisti kien rega’ lahaq l-istess livell ta’ l-1980. Izda kien jidher car li din l-industrija kienet qed tbati min diversi nuqqasijiet u riskji, fosthom:

id-diversifikazzjoni tas-suq turistiku kienet limitata hafna. L-isforzi biex nattiraw it-turizmu kienu indirizzati principalment lejn is-suq Ingliz;
il-kwalità tal-prodott li bdejna noffru kienet inferjuri, specjalment fejn ghandu x’jaqsam ma’ l-ambjent naturali tal-gzejjer taghna li sadanittant kien beda jhoss sew l-impatt negattiv ta’ dan l-izvilupp mhux mahsub; u
l-invazzjoni ta’ turisti hi kkoncentrata fix-xhur tas-sajf meta l-infrastrutta inefficjenti ta’ pajjizna l-inqas li kienet tiflah ghal dan il-piz.
Matul is-snin disghin saru diversi attentati sabiex dawn il-problemi jintghelbu. Fil-fatt fis-sena 1994 konna lhaqna livelli rekord kemm fil-profitt ekonomiku u kemm fin-numru ta’ turisti li zaru pajjizna. Minn dak iz-zmien ’l hawn l-izvilupp f’din l-industrija varja (kultant xi ftit ’l fuq izda spiss ’l isfel) imma qatt ma ergajna ilhaqna dawk il-livelli. Sadanittant, zdiedu sew in-numru ta’ lukandi ta’ 4 jew 5 stillel u l-prodott offrut lit-turisti ma baqax biss jikkonsisti f’xemx u bahar, imma zdiedu l-isforzi sabiex nippromwovu l-wirt kulturali u storiku ta’ pajjizna.

Intant kien beda jikber is-suspett li forsi din l-industrija kienet lahqet il-limiti naturali taghha. Osservaturi f’dan is-settur bdew jaraw evidenza li l-izvilupp mghaggel u spiss bla hjiel ta’ kontroll fl-industrija tat-turizmu seta’ kien qieghed ihalli effetti negattivi kemm fuq l-ambjent naturali tax-xtut taghna (fejn l-aktar li kien qieghed isir il-bini ta’ lukandi, ecc) kif ukoll fuq l-istruttura socjali u kulturali tal-komunitajiet lokali. Il-mistoqsija kienet: l-izvilupp fit-turizmu f’pajjizna kien sostenibbli?

Kien f’nofs is-snin disghin meta l-bzonn li tinghata twegiba ghal din il-mistoqsijja sar aktar importanti. Diversi studji4 ippubblikati f’dawk iz-zminijiet urew bic-car li minhabba d-daqs zghir ta’ Malta u d-densità ta’ popolazzjoni gholja li ghandha, il-bini li kien qieghed isir f’certi postijiet kien qed ihalli warajh herba kbira. Jekk ma dan l-impatt nikkonsidraw ukoll iz-zieda fil-generazzjoni ta’ skart solidu u drenagg, kif ukoll iz-zieda fil-konsum ta’ l-ilma helu u l-energija, jidher car li l-affarijiet ma kenux sejrin sew. Izda, wiehed jistaqsi, xi stajna naghmlu dwar dan? Kif tista’ tnaqqas in-numru ta’ turisti sabiex tipprotegi r-rizorsi ambjentali tieghek u tizgura li l-prodott li qieghed toffri jibqa’ jattira lit-turisti? Hu aktar probabbli li n-numru ta’ turisti naqas minhabba li lhaqna l-limiti naturali u fizici tal-gzejjer taghna, aktar milli minhabba xi politika ta’ l-awtoritajiet koncernati.

Mill-1997 sa’ l-2002 saru numru ta’ studji sabiex nistabbilixxu kemm Malta tista’ tiflah turisti. Fid-dokument Carrying Capacity Assessment for Tourism in the Maltese Islands5 saru sforzi sabiex nidentifikaw il-limitazzjonijiet ekonomici u socjali li jezistu ghal zvilupp akbar f’din l-industrija. Dan l-istudju wasal ghall-konkluzjoni li, sabiex nevitaw problemi socjali, in-numru ta’ turisti li jzuruna kuljum m’ghandux jaqbez il-45,000. Sfortunatament l-isforzi sabiex jinstabu l-limitazzjonijiet li jezistu mil-lat ta’ rizorsi ambjentali kienu anqas rigoruzi. Parti mir-raguni ghal dan (kif jistqarr l-istess dokument) hi li l-istudju ta’ dawn il-limitazzjonijiet ambjentali huwa hafna aktar difficli w ikkumplikat. Izda naturalment dan ma jfissirx li dawn il-limitazzjonijiet ghandhom jitqiesu bhala inqas importanti meta wiehed iqis l-izvilipp f’dan is-settur.

Sadanittant, l-industrija tat-turizmu saret indispensabbli ghall-ekonomija taghna, b’kontribuzzjoni diretta ta’ madwar 15% ghall-Prodott Gross Domestiku fis-sena 2001. Dan il-kontribut kien lahaq t-23% fl-1994. Dan minbarra l-fatt li l-istess industrija tiggenera hafna mpiegi u kummerc indirett. Madankollu, specjalment fil-kuntest ta’ gzira zghira bhal Malta, din id-dipendenza ekonomika kbira ta’ pajjizna fuq l-industrija tat-turizmu jista’ jkollha impatti ekonomici negattivi serji.

Wiehed minn dawn l-impatti negattivi gej mill-fatt li l-industrija tat-turizmu hija varjabbli hafna. Dipendenza ekonomika esagerata fuq it-turizmu taghmilha aktar difficli li ssib bilanc bejn li tissodisfa dak li jkun in voga fis-suq turistiku fil-mument u li tippjana fit-tul u fl-interess tal-gid komuni. Dan minghajr ma wiehed jikkonsidra l-possibiltà ta’ riskji akbar ta’ esplojtazzjoni bla razan tar-rizorsi taghna, per ezempju fin-negozju ta’ l-art, minn xi whud li jfittxu li jistaghanew malajr qabel tilhaq tghaddi l-moda!

Meta jkun hemm din id-dipendenza ekonomika kbira, spiss issib li l-andament ta’ din l-industrija jkun iddettat min-numru zghir ta’ operaturi ta’ l-ivvjaggar li, minhabba l-interessi ekonomici u bzonnijiet immedjati taghhom, mhux dejjem ipoggu l-izvilupp sostenibbli tal-pajjiz li jkun qieghed jircievi l-klijenti taghhom bhala priorità. Studju ricenti6 wera li 80% tat-turisti li jigu Malta jingiebu min-numru zghir ta’ operaturi ta’ l-ivvjaggar. Ma tridtx tkun espert sabiex tirrealizza li dan il-monopolju jirrendi l-ekonomija ta’ Malta vulnerabbli ghall-interessi ta’ dawn l-operaturi.

Dan l-istess studju jaghmel xi osservazzjonijiet pertinenti hafna. Per ezempju, l-istudju jirreferi ghall-studji ohra li juru li kull destinazzjoni turistika bhal Malta (p.e. Cipru, u Gzejjer Baljarici) generalment tghaddi mill-istess fazijiet li ghaddiet minnhom Malta, jigifieri li wara bidu tajjeb fl-influss tat-turisti, ikun hemm konsolidament segwit minn stagnar. Imbaghad, u hawnhekk fejn Malta tinsab f’salib it-toroq, jekk ma jkunx hemm sforzi serji sabiex tirregenera ruhha, din l-industrija tibda tmur lura. Jasal il-waqt li meta r-rizorsi ambjentali ma jkunux bizzejjed sabiex ilahhqu mal-htigijiet imposti mill-izvilupp turistiku, l-istess industrija tibda taqa’ lura. L-istudju jikkwota wkoll awturi ohra (Brent Ritchie & Crouch, 2000) li huma tal-fehma li:

“Il-kompetitività hi illuzjoni minghajr sostenibilità. Sabiex l-izvilupp ta’ destinazzjoni turistika jkun kompetittiv, jenhtieg li jkun sostenibbli mhux biss fuq livell ekonomiku, u lanqas fuq livell ekologiku biss, imma wkoll fuq livell socjali, kulturali u politiku.”

L-istudju jispicca billi jistaqsi: ghaliex id-destinazzjonijiet turisitici fil-Mediterran dahlu f’dan ic-ciklu vizzjuz fejn ikollhom ta’ bilfors jiddependu ekonomikament minn turizmu tal-massa li biex isostnuh ikollhom jeqirdu dawk ir-rizorsi li jistghu jiggeneraw turizmu ta’ kwalità?

4. X’nifhmu b’turizmu sostenibbli?

Skond l-Organizzazjoni Dinjija tat-Turizmu, zvilupp turistiku sostenibbli:

“… jaqdi l-bzonnijiet prezenti tat-turisti u tar-regjuni li jilqghuhom filwaqt li jipprotegi u jkabbar l-opportunitajiet ghall-gejjieni. Dan l-izvilupp iwassal ghall-immaniggjar tar-rizorsi kollha b’mod li nkunu nistghu nissodisfaw il-bzonnijiet ekonomici, socjali w estetici filwaqt li nharsu l-integrità kulturali, l-processi ekologici essenzjali, id-diversità bijologika u s-sistemi naturali fundamentali ghall-hajja. Turizmu sostenibbli jopera f’armonija ma’ l-ambjent, il-komunità u l-kulturà tal-lokal, b’mod li dawn jispiccaw jibbenifikaw kontinwament u mhux jispiccaw il-vittmi ta’ l-izvilupp turistiku”.7

Dawn il-kuncetti semplici imma fl-istess hin kollha ghaqal huma riflessi, elaborati u applikati ghall-pajjizi tal-Mediterran, inkluz Malta, f’diversi dokumenti.8 Hi hasra li minkejja s-semplicità taghhom dawn il-kuncetti spiss jithallew barra fil-frenezija ta’ kliem tekniku ta’ diversi rapporti pprezentati lill-awtoritajiet sabiex jittiehdu decizjonijiet ta’ importanza nazzjonali f’dan is-settur. Il-Kummissjoni Ambjent qed tibni din l-OPINJONI fuq dawn il-kuncetti. Ghalhekk il-Kummissjoni tixtieq taghmilha cara li b’turizmu sostenibbli ma tifhimx dak li xi whud isejhu Green Tourism jew Eko-turizmu.

Filwaqt li jipprova (u xi minn daqqiet jirnexxilu) jkun forma ta’ turizmu li jesponi lit-turist ghan-natura tal-lokal, l-eko-turizmu spiss jispicca xejn aktar minn paraventu politiku li filwaqt li jikkalma l-kuxjenzi ta’ l-ambjentalisti mhu xejn hlief strategija ohra tas-suq turistiku li twieghed hafna aktar milli trodd. Fil-fatt hu kkalkulat li l-eko-turizmu jammonta biss ghal inqas minn 1% tan-negozju turistiku globali9. Min-naha l-ohra, zvilupp turistiku sostenibbli jitlob bidla radikali fil-mod kif inharsu lejn dan is-settur.

Persuna li ghamlet gieh lil pajjizna fil-qasam tat-turizmu sostenibbli hu bla dubju ta’ xejn is-Sur John Pollacco, meqjus bhala awtorità f’dan il-qasam. Fid-diversi kitbiet tieghu hu jishaq li l-kwistjoni fundamentali tat-turizmu sostenibbli hi wahda etika ghax tmur ’lil hinn minn ekonomija aggressiva w insensittiva. L-iskop ta’ kull zvilupp turistiku hu dak li jintlahaq l-ghola gid ekonomiku bl-inqas spejjez socjali u ambjentali possibbli. Ghalhekk il-punt krucjali f’dan kollu huwa kemm lesti nonfqu jew nisfruttaw mir-rizorsi socjali, kulturali u ambjentali taghna sabiex nigbdu lejna lit-turist. U relatat ma din il-mistoqsija jigu ohrajn: Min sa jiddecidi l-limiti ta’ dan is-settur? Min jipprovdi jew min jikkonsma l-prodott? 10

B’referenza ghar-rizultati ta’ diversi survejs dwar x’inhuma l-preferenzi tat-turisti, Stevens iwissina li llum il-gurnata t-turist sar ifittex, jerga jzur u jirrakomanda destinazzjonijiet ta’ kwalità, filwaqt li jevita destinazzjonijiet ta’ kwalità inferjuri u jhajjar lil haddiehor jaghmel bhalu11. It-turist tal-lum tghallem x’irid u sar hafna aktar sensittiv ghall-esperjenza kompluta tal-post li jigbor fil-ftit jiem li jaghmel fostna. L-ammont ta’ ittri li jidhru fl-istampa lokali u anke dik barranija dwar l-esperjenza turistika negattiva li certu turisti jgarrbu f’pajjizna ghandu jifthilna ghajnejna ghal din is-sitwazzjoni li ninsabu fiha u jwassalna biex naghmlu xi haga dwarha.

Wara li janalizza l-karatteristici tat-turist tal-lum, Stevens jsostni li t-turisti huma attratti lejn pajjizi fejn l-impenn nazzjonali lejn zvilupp sostenibbli jidher bic-car fil-kwalità ta’:

pajsaggi u veduti naturali;
bliet u rhula hielsa mill-hmieg u l-perikli;
sistemi tat-trasport tajbin u integrati;
rispett u l-promozzjoni tal-kultura;
arja, ilma u bajjiet nodfa;
sigurtà u nuqqas ta’ periklu;
servizzi offruti u l-istandards taghhom; u
l-etika arkitettonika u tad-disinn.
Fi ftit kliem, l-industrija tat-turizmu ghandha twassal prodott u esperjenza awtentici fejn it-turist ihoss ruhu verament milqugh minn komunità li tapprezza l-ambjent u l-identità kulturali w unika taghha u li tkun lesta taqsam din ir-rikezza mieghu. Kif il-Kummissjoni diga esprimiet l-opinjoni taghha fuq dan aktar il-fuq f’dan id-dokument: hemm il-htiega li kull decizjoni marbuta ma’ l-izvilupp ta’ din l-industrija u l-gejjieni taghha jkollha kunsens wiesa minn kull settur tal-hajja Maltija. Kull zvilupp f’dan il-qasam li jwassal ghall-zviluppi anqas sostenibbli f’setturi ohra ma jistax jitqies bhala zvilupp sostenibbli.

L-istess Strategija Nazzjonali ghall-Izvilupp Sostenibbli tal-Gzejjer Maltin, li kienet diskussa dan l-ahhar u li dalwaqt tkun iffinalizzata, tindirizza dan is-suggett ta’ turismu sostenibbli kemm mill-lat settorali u kemm fid-diversi taqsimiet generali tad-dokument. B’mod specifiku, id-dokument jindika li kull zvilupp f’dan il-qasam ghandu jkun kompatibbli mal-karatteristici ta’ Malta bhala gzira li tiddependi hafna fuq il-kwalità tar-rizorsi ambjentali taghha biex tiggenera l-izvilupp ekonomiku fit-turizmu. Kull incentiv ghandu jinkoraggixxi lill-operaturi f’dan il-qasam sabiex ihossuhom responsabbli li jikkontrollaw kull impatt li l-operat taghhom jista’ jhalli fuq ir-rizorsi naturali tal-gzira. L-istess dokument jidentifika direzzjonijiet strategici li ghandna naddottaw f’dan is-settur, kif ukoll f’setturi ohra relatati. L-istess miri ekonomici nazzjonali, filwaqt li jimmiraw li jilhqu dawk Ewropej (fil-livelli medji Ewropej tat-tkabbir ekonomiku u t-tkattir tax-xoghol), ghandhom ikollhom l-iskop li jtejbu l-kwalità ta’ hajja u li jikkonsidraw il-bzonnijiet ambjentali u socjali tal-pajjiz. Il-Kummissjoni Ambjent taqbel perfettament ma’ dawn il-miri u zammiet ma’ dawn il-linji fl-izvilupp ta’ din l-OPINJONI.

5. Il-prodott turistiku Malti: x’qed jiswielna u kif sa ntejbuh

Certament li ma nistghux inwahhlu fl-industrija tat-turizmu ghal kull problema ambjentali li ghandna f’pajjizna. Izda jibqa’ l-fatt li kull problema ambjentali ghamilha min ghamilha, ser ikollha effett negattiv fuq din l-industrija.

Meta tqis in-numru ta’ turisti li jzuruna u kemm, bejn wiehed u iehor, idumu granet f’Malta, issib li matul is-snin 1990 sa 2003 din l-industrija iggenerat l-ekwivalenti ta’ madwar 26,300 sa 32,700 persuna residenti f’Malta s-sena kollha. Meta tqis li d-densità tal-popolazzjoni f’Malta fl-2004 kienet ta’ 1274 persuna/km2 12, dan ifisser li bit-turisti maghna din il-densità tizdied bi 8% ghall-1380 persuna/km2. Kemm huma sinifikanti dawn in-numri? X’juruna rigward l-impatt ambjentali li dawn it-turisti jhallu fuq ir-rizorsi ambjentali taghna? Tajjeb li wiehed izomm quddiem ghajnejh li dan l-impatt ikun ikkoncentrat ghall-perjodu limitat tas-sena u mhux mifrux fuq sena shiha

Dawn il-mistoqsijiet jenhtieg li nwegbuhom billi nzommu f’mohhna d-densità tal-popolazzjoni f’destinazzjonijiet turistici ohra fil-Mediterran li normalment inqisuhom bhala kompetituri taghna. F’termini ta’ regjuni, id-densità tal-popolazzjoni f’Malta, minghajr ma wiehed iqis iz-zieda tat-turisti, hija ferm akbar kemm minn dik ta’ dawn id-destinazzjonijiet kif ukoll minn dik ta’ bliet turistici importanti fl-Ewropa (ara Skema 1, informazzjoni migbura minn EUROSTAT: skont data aggornata f’April 2004).

Ma jistax jonqos li r-rizorsi ambjentali ta’ Malta huma mhedda sew min din is-sitwazzjoni u rridu nkunu ferm aktar sensittivi fl-analizi li naghmlu sabiex naraw l-impatt ambjentali li dawn it-turisti jistghu jhallu fuq dawn ir-rizorsi. Ovvjament id-daqs zghir ta’ pajjizna huwa wiehed mill-fatturi li jkompli jikkomplika id-dimensjoni ta’ dan l-impatt u ghalhekk jillimita il-firxa ta’ l-izvilupp turistiku jekk dan irid li jkun sostenibbli.

Forsi l-akbar rizorsa ambjentali mehtiega direttament mit-turizmu hija dik ta’ l-uzu ta’ l-art. L-istess densità tal-popolazzjoni gholja, l-ammont zghir ta’ art disponibbli, l-prezzijiet gholja ta’ l-art/proprjetà u l-ispekulazzjoni ta’ din l-art wasslu sabiex ikun hemm kompetizzjoni harxa ghal din ir-rizorsa limitata. Matul dawn l-ahhar snin, l-aktar tip ta’ art li kellha tkun sagrifikata ghall-uzu urban kienet dik agrikola. Il-firxa ta’ l-ambjent urban (built-up land area) zdiedet minn 15.4 % tat-total ghal-gzejjer Maltin fl-1988 ghall-16.9% fl-200412 Dawn l-estimi ma jehdux in konsiderazzjoni zviluppi barra miz-zona ta’ l-izvilupp (ODZ), ghax inkella it-telf estimat ikun ferm akbar!

Hafna minn dan l-izvilupp urban sar fuq ix-xtut taghna fejn daqs 5% taz-zona kostali (zona li twassal sa kilometru ’lil hinn mix-xatt) intilfu ghal dan l-izvilupp … l-aktar minhabba it-turizmu12.

Il-kwalità ta’ l-ibhra taghna fejn suppost isir l-ghawm hija tajba u generalment konformi mal-livelli ta’ kwalità mehtiega mill-Konvenzjoni ta’ Barcellona u dawk ta’ l-Unjoni Ewropeja. Fl-istess waqt, minkejja l-importanza tax-xtut taghna ghall-industrija tat-turizmu, wiehed jiskanta kif f’pajjizna insibu bajja wahda biss (jigifieri l-Bajja ta’ San Gorg) li ghandha programm ta’ immaniggjar shih u kif suppost bil-ghajnuna diretta tal-Malta Tourism Authority (MTA). Dan ghaliex? X’qieghed izomm lill-industrijalisti lokali fis-settur tat-turizmu milli jippurvaw jghinu f’dan is-settur ta’ l-immaniggjar tax-xtut taghna minghajr ma, fl-istess waqt, jippretendu li dawn ix-xtut imbaghad ikunu ghall-uzu esklussiv taghhom? X’ikun gara hazin jekk dawn l-industrijalisti jindirizzaw xi bzonnijiet socjali ta’ pajjizna billi jirritornaw lura lejn il-kommunità xi ftit mill-gid li jkunu ghamlu minn fuq l-approprjazzjoni ta’art pubblika ghall-skopijiet turistici?

Sfortunatament ftit sar xoghol tekniku u xjentifiku fuq il-kwalità tax-xtut taghna13,14,15, madankollu l-konkluzzjoni li dejjem tohrog minn dawn il-ftit l-istudji dejjem turi l-bzonn urgenti li dawn ir-rizorsi jkunu mmaniggjati ferm ahjar milli huma bhalissa. F’certi kazi, bhal fir-Ramla il-Hamra, f’Ghawdex, diga’ saret hsara irreparabbli lil fost l-akbar gharam tar-ramel li kellna f’dawn il-gzejjer. F’dan l-istess post, Micallef juri, permezz ta’ teknika maghrufa bhala analizi funzjonali (functional analysis), kif dan il-post ghandu valur ta’ konservazzjoni gholi hafna u li ma tantx hemm lok li jizdied l-uzu tieghu. Fi kliem iehor, jekk din il-lokalità trid tibqa’ tattira vizitaturi minhabba s-sbuhija naturali taghha ma jistghux isiru aktar interventi sabiex jizdied in-numru ta’ dawn il-vizitaturi16.

Studju aktar ricenti16 juri li diversi bajjiet taghna jkunu iffullati hafna waqt ix-xhur tas-Sajf. Per ezempju, fl-eqqel tas-Sajf tant ikun hemm iffullar ta’ nies f’bajjiet bhal dawk ta’ l-Ghadira u ta’ San Gorg, li kull persuna ma jkollhiex aktar minn 3.1 sa 4.7 m2 ta’ spazju fejn tistrieh fuq ix-xatt. Dan l-ispazju huwa ferm inqas mil-limiti stabbiliti ghall-zvilupp sostenibbli tat-turizmu u ghall-esperjenza turistika adekwata (skont diversi sorsi, l-ispazzju fuq ix-xatt ghal kull persuna ghandu jkun ta mhux anqas minn 7 m2 .).

Sadanittant, il-kwalità awtentika tal-pajsagg Malti qieghda wkoll tkun mhedda12 minn diversi fatturi … imma l-aktar miz-zieda fil-bini. U dan minkejja l-isforzi kollha ta’ l-Awtorita Maltija ta’ l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Infatti is-sitwazzjoni tant saret prekarja li issa hafna huma dawk in-nies li qed jirrealizzaw li wiehed mill-akbar impatti pozittivi tal-biedja f’Malta, kwazi akbar mill-gwadann ekonomiku dirett minn dan is-settur, huwa dak li tikkonserva din il-kwalità tal-pajsagg Malti17! Il-Kummissjoni tistaqsi: ghaliex minkejja li t-tmexxija ta’ pajjizna ilha f’idejna ghal zmien twil, xorta ghadna rridu naslu f’xifer irdum biex nindunaw (forsi!) li dak li qed naghmlu qed jaghmlilna hsara?

Kif wiehed jista’ jistenna, minhabba l-uzu bl-addocc ta’ art ghall-bini u ghal skopijiet ohra (ez. toroq, rikrejazzjoni), certi abitati naturali ta’ pajjizna, specjalment dawk li nsibu fuq ix-xtut taghna: l-isteppa, z-zriezaq tat-tafal, il-bwar ta’ ilma salmastru u l-gharam tar-ramel, huma kollha mhedda bis-shih. Dawn l-istess abitati u ohrajn bhax-xaghri, il-makkja, il-widien, is-sisien u l-irdumijiet huma nistghu nghidu l-ahhar refugju tal-bijodiversità tal-gzejjer taghna. Infatti il-gzejjer taghna huma (jew sa certu punt, kienu) mghonija b’rikkezza enormi ta’ bijodiversità. Per ezempju, filwaqt li f’pajjizna nsibu madwar 900 speci ta’ pjanti jikbru b’mod naturali18, fir-Renju Unit kollu (roqgha art li hi madwar 800 darba akbar minn Malta), nsibu biss madwar 2,000 speci ta’ pjanti. Parti minn din l-ghana ta’ bijodiversità tal-gzejjer Maltin gejja mill-pozizzjoni geografika taghna, kif ukoll mill-fatt li ahna gzira maqtugha mill-bqija tal-kontinenti li jdawruna.

Izda gejja min fejn gejja din ir-rikkezza naturali ftit li xejn issib min japprezzaha. U dan minkejja l-isforzi genwini u x-xoghol siewi ta’ l-awtorijajiet tal-MEPA u l-organizzazzjonijiet ambjentali sabiex jipprotegu dan il-wirt naturali tal-Gzejjer Maltin. Fil-fatt, matul dawn l-ahhar snin huwa stmat li tlifna ghal kollox madwar 110 speci ta’ hlejjaq minn wicc dawn il-gzejjer19. Fl-istess waqt, fi gzejjer ohra fil-Mediterran (li jikkompetu maghna fis-suq turistiku) l-ghola numru li ntilef kien ta’ 8 speci fil-gzejjer Balearici, filwaqt li f’Cipru, f’Sardinja u f’Korsika il-qerda kienet wahda ferm inqas.

Certament li t-telf fil-bijodiversità taghna ma kienx ikkawzat biss (jew necessarjament l-aktar) minhabba l-izvilupp tat-turizmu. Izda jibqa’ l-argument, li dan it-telf tal-wirt naturali ta’ pajjizna jissarraf f’telf ta’ wiehed mill-pilastri importanti tal-prodott turistiku Malti. Dan l-argument jistona hafna meta tqabblu ma’ stqarrijiet li gieli smajna minn industrijalisti Maltin fil-qasam tat-turizmu u darba minnhom sahansitra minn ministru tat-turizmu dwar il-htiega (?) li nhaddru lil Malta sabiex titnaqqas ix-“xuttagni u l-ghera tal-kampanja Maltija”.

Madanakollu, matul dawn l-ahhar snin rajna titjib sew fl-gharfien fost l-operaturi lokali fil-qasam turistiku, li l-ambjent naturali ta’ pajjizna huwa element essenzjali tal-prodott li bih irridu inhajru lit-turisti jigu fostna19. Hawnhekk ikun opportun li naghtu harsa mill-qrib lir-rapport ta’ Deloitte20 li sar fl-2004 li evalwa l-operat ta’ l-Awtorita’ tat-Turizmu f’Malta (MTA).

Waqt li jibbaza l-argumenti tieghu fuq x’jahsbu l-operaturi lokali, dan ir-rapport jasal ghall-konkluzjoni li Malta tiflah sa’ 350,000 turist iehor fis-sena, specjalment jekk dawn jigu barra x-xhur tas-Sajf. Dan ifisser zieda eqwivalenti ta’ aktar minn 36 elf residenti f’Malta ghas-sena kollha. Izda fl-istess waqt ir-rapport jaccetta l-fatt li n-numru ta’ turisti li jzuruna fis-Sajf ma jistax ikompli jikber minghajr hsara lill-istess industrija u lill-pajjiz. L-istess rapport isostni li din iz-zieda tista’ ssehh biss jekk il-prodott offrut lit-turist jitjieb billi noffrulu interessi ohra li jmorru ’lil hinn mix-xemx u l-bahar … bhall-kultura, il-wirt storiku taghna, id-drawwiet u l-festi religjuzi taghna, l-ghadis u sport iehor, incentivi ghal-konferenzi, ecc. Hawn ta min jigbed l-attenzjoni li l-mira ta’ 35,000 turist aktar hija ibbazata aktar fuq in-numru ta’ sodod li hawn disponsibbli, milli fuq xi konsiderazzjoni li din iz-zieda jista jkolla fuq il-prodott offrut lit-turist. Jekk hafna minn dawn it-turisti godda jispiccaw jigu fis-Sajf, zgur li l-limitu indikat fil-Carrying Capacity Study5 jkun maqbuz sostanzjalment. Ghalhekk jehtieg li din il-mira ta’ turisti godda tkun ikkunsidrata aktar bir-reqqa.

Skond dan ir-rapport, l-industrija tat-turizmu lokali mhux qed jirnexxiela tahdem fil-livell mistenni minnha. Is-soluzzjonijiet offruti sabiex l-industrija turistika lokali tirpilja huma:

li jitjieb il-prodott turistiku Malti,
li jghola l-livell ta’ servizzi u l-esperjenza li noffru lit-turist, u
li din l-industrija zzid il-qliegh ghall-pajjiz.
Naturalment ftit hemm f’hiex wiehed ma jaqbilx ma’ dawn l-ideat ... hlief forsi dwar x’jista jkun inkluz fil-prodott turistiku Malti; kif tista’ ittejjeb l-esperjenza tat-turist, u jekk ikunx ghaqli ghall-pajjizna li jkompli jzomm lit-turizmu bhala l-mutur ekonomiku ewlieni tieghu jew wasalx iz-zmien li niddiversifikaw l-ekonomija taghna f’xi settur jew servizzi ohra.

Dwar il-prodott turistiku Malti, ir-rapport ikompli jsostni li hemm htiega immedjata li dan jitjieb billi, fost l-ohrajn, titnehha d-dehra zdingata tal-pajjiz (specjalment f’postijiet turistici), nipprotegu il-kwalità tal-bahar u ta’ l-ambjent naturali, nibzghu ghall-monumenti storici u nnaddfu u nimmaniggjaw ix-xtut taghna ahjar. Ir-rapport jghid ukoll li l-prodott offrut bhalissa huwa inferjuri ghaliex, fost affarijiet ohra, ma hemmx kontroll bizzejjed fuq kif isir il-bini (specjalment f’postijiet turistici) u ma hawnx bizzejjed korsi tal-golf. Ir-rapport jistedinna nezaminaw il-kuxjenza taghna:

“Mhux xieraq li wiehed iwahhal fid-diversi thezzizziet esterni li ghaddiet minnhom l-industrija turistika (9/11, SARS, il-Gwerra tal-Golf, l-ekonomija dghajfa taz-zona ta’ l-Ewro) ghat-tnaqqis fil-volum tat-turizmu ghal Malta minkejja li tnaqqis fis-suq jista’ jidher bhala wiehed mill-kawziet principali. Dan it-tnaqqis fis-suq hu, min-naha l-ohra, ikkawzat l-aktar minn prodott fqir u/jew promozzjoni ineffettiva.” (p.33)

Il-Kummissjoni thoss li rapport importanti bhal dan missu qajjem diskussjoni pubblika ferm aktar attiva u wiesa’ milli fil-fatt kellu, ghaliex kien jaghtina l-opportunità li nifhmu ahjar il-problemi li qieghda thabbat wiccha maghhom l-industrija tat-turizmu. Min jaqra dan ir-rapport fid-dettal mill-ewwel jinduna li hafna partijiet tieghu jirriflettu l-opinjonijiet u l-interessi veri ta’ l-operaturi turistici lokali u l-industrijalisti li jhaddmu flushom f’dan is-settur. Infatti r-rapport jghid kemm-il darba li hemm bzonn li s-settur privat jinghata aktar sahha kemm fit-tmexxijja ta’ l-MTA kif ukoll fil-mod kif jitfasslu l-policies u jittiehdu id-decizjonijiet fis-settur turistiku.

Il-Kummissjoni taqbel li l-industrijalist ghandu kemm l-inizjattiva kif ukoll l-interess li jgib ’l quddiem lil din l-industrija u ghalhekk, f’kuntest ta’ partecipazzjoni akbar fid-decizjonijiet, ghandu jinghata post importanti fit-tmexxijja u t-tfassil ta’ politika nazzjonali f’dan is-settur. Madankollu dan il-post jitlob risponsabbiltà kbira u lealtà lejn il-gid komuni tas-socjetà Maltija aktar milli lejn il-gwadann finanzjarju personali.

Sfortunatamant l-esperjenza ta’ dawn l-ahhar snin spiss urietna li fil-frenezija ta’ xi industrijalisti li jaghmlu l-flus malajr, spiccaw biex hadu decizjonijiet li ma kenux jirrispettaw l-izvilupp sostenibbli ta’ din l-industrija. Per ezempju: il-bini ta’ lukandi kbar f’siti ta’ valur estetiku gholi biex imbaghad WARA li l-hsara tkun saret, tfalli l-lukanda, tintesa r-retorika kollha ta’ kemm impjiegi kellhom ikunu ggenerati minn dan l-izvilupp u kemm kellhom jigu turisti, u l-bini jinbidel f’dar ghall-anzjani jew f’appartamenti li, minhabba l-veduta li jkollhom, jirrendu investiment finanzjarju konsiderevoli!

L-aktar haga li turta lill-pubbliku hi n-nuqqas ta’ gustizzja quddiem kazijiet bhal dawn fejn il-piz ta’ dawn il-progetti (li jkunu frott ta’ nuqqas ta’ ippjanar fit-tul) jingarr min-nazzjon bit-telfa tal-wirt ambjentali tieghu, filwaqt li l-introjtu finanzjarju jitgawda minn min suppost ihallas tal-hsara (skond il-principju li min ihammeg irid ihallas, i.e., l-polluter pays principle).

Anke l-istess retorika tal-gwadann finanzjarju jenhtieg tkun analizzata mill-qrib. Ghal hafna zmien l-idea predominanti fis-socjetà taghna kienet dik li t-turizmu hu ghajn ta’ gid ekonomiku kbir ghall-pajjizna u li minhabba f’hekk ghandna nkunu lesti li naghmlu sagrificcji kbar sabiex nizguraw li din l-ghajn ma tinxifx. Imma wara li nikkonsidraw l-fatti li diga semmejna u naraw il-prezz li qed ikollna nhallsu bhala pajjiz u nqabbluh ma’ l-qlih li qed naghmlu u naraw ukoll fejn qed imur dan il-qlih, wiehed jasal biex jistaqsi jekk dan l-investiment kollu li qed naghmlu hux floku.

Tqassim ekwu tal-gid hu parti essenzjali ta’ kull zvilupp sostenibbli ghax jizgura li kemm il-pizijiet kif ukoll l-introjtu qed jingarru u jitgawdew minn kulhadd. Dan is-sens ta’ gustizzja socjali jwassal ghal titjib fil-kwalità tal-hajja. Il-Kummissjoni bl-ebda mod ma trid tinftiehem li qed tissuggerixxi li pajjizna m’ghandux jinvesti fit-turizmu. Kulma trid tghid hu li wasal iz-zmien li nirrevedu mill-fond il-mod ta’ kif hadna d-decizjonijiet f’dan is-settur sa issa.

Minhabba l-impatt wiesa’ taghhom fuq is-socjetà, decizjonijiet dwar progetti ta’ zvilupp fis-settur turistiku jenhtiegu li jkollhom vizjoni fit-tul. Pajjizna irid jaqta’ darba ghal dejjem il-prattika li jghalaq ghajnejh ghall-izvilupp turistiku minhabba t-tama li jista’ jirrendi. Dan hu necessarju minhabba l-fragilità ta’ l-ambjent ta’ pajjizna u minhabba li certu hsara li ssir fih, minbarra li hi irreparabbli, iccahhad lic-cittadini ta’ ghada mid-dritt li jkollhom prodott ta’ kwalità ghat-turisti li ghad iridu jigu jzuruna. Madanakollu, l-esperjenza urietna li d-decizjonijiet li jittiehdu spiss jixbhu d-decizjoni tal-hrafa tat-tigiega li biedet il-bajda tad-deheb. Jista’ jkun li ghall-gwadann immedjat ta’ grupp relattivament zghir ta’ nies qed inhallu li tinqered l-opportunità li tista’ toffri gwadann ghall-grupp usa ta’ persuni fil-gejjieni. B’mod specjali f’pajjizna, ghandna nipprotegu il-wirt komuni taghna halli nizguraw li KULHADD ikollu xi jhalli bhala wirt lil uliedu.

Dak li ghedna s’issa jista’ jinstema’ bhala krucjata tal-Kummissjoni kontra l-industrijalisti f’dan is-settur. Tajjeb li niccaraw li l-Kummissjoni qed tikkundanna l-agir inaccettabbli ta’ certu industrijalisti li b’mod irrisponsabbli ma jqisux il-gid komuni fid-decizjonijiet li jiehdu f’dan is-settur. Jekk il-prodott Malti u l-esperjenza li qed noffru lit-turist (mhux biss fil-lukandi taghna izda ferm aktar importanti ’il barra minnhom) marru lura … possibbli li dan huwa t-tort ta’ kulhadd minbarra ta’ dawn l-industrijalisti? X’garanziji ghandna li dawn l-industrijalisti jaghrfu jharsu fit-tul lejn il-bzonnijiet ta’ din l-industrija? It-twegiba ghal din il-mistoqsijja rridu nisiltuha mill-esperjenza ta’ dawn is-snin li ghaddew fejn rajna lil din l-industrija tmur lura bil-mod il-mod.

Il-Kummissjoni taqbel perfettament li jekk ser nahdmu ghal xi zieda fin-numru tat-turisti li jzuruna, dan ghandu jsir b’mod li din iz-zieda ma tkunx fix-xhur tas-sajf. Izda mbaghad hemm ir-riskju li wara li nitwebblu b’xi numru bhala mira (bhall-mira ta’ 50,000 zieda li sar ghas-sena 2005), jekk dan ma jintlahaqx, tizdied il-pressjoni li b’xi mod jew iehor din iz-zieda ssir akkost li ssir fix-xhur tas-sajf. Il-Kummissjoni ma’ dan it-tip ta’ ragunar ma taqbilx … ragunar li jpoggi l-interessi ekonomici qabel kull interess iehor.

L-indikazzjonijiet huma diga’ hemm ghal min irid jarahom. L-industrija tat-turizmu lahqet il-livell ta’ saturazzjoni taghha u minhabba f’hekk digà qed jinhassu sew l-effetti fuq il-kwalità ta’ l-ambjent ... b’mod li l-istess prodott turistiku Malti sar inferjuri. Ta’ xejn jizdiedu l-isforzi biex jimbiegh prodott fjakk. Kull inizjattiva gdida fil-qasam tat-turizmu tkun konto-produttiva jekk ma twassalx sabiex:

jizdied il-qliegh izda mhux in-numru ta’ turisti li jigu jzuruna;
ma nkomplux innaqqru aktar mir-risorsi ambjentali taghna: l-pajsagg tipikament Malti, il-bijodiversità u l-istess identità kulturali taghna;
jitnaqqas il-monopolju li ghandhom l-operaturi ta’ l-ivvjaggar fuq dan is-settur, specjalment fil-kwalità ta’ turisti li jzuruna, u
tonqos id-dipendenza kbira li l-ekonomija tal-pajjiz ghandha mid-dhul ta’ din l-industrija.
L-istess ezercizzju ta’ branding li hemm propost, ikollu success biss jekk nippruvaw naraw, l-ewwel u qabel kollox, x’jista’ jattira lit-turist lejn il-gzejjer taghna u mhux lejn postijiet ohrajn. Jigifieri, aktar milli ninhlew nikkupjaw strategiji li hadmu f’postijiet ohra, irridu ninvestu l-energiji taghna biex nifhmu x’inhu dak li jaghtina l-identità unika taghna bhala nazzjon zghir f’nofs il-Mediterran. Il-Kummissjoni tinnota b’sodisfazzjon li dan l-ezercizzju ta’ branding ser jiffoka fuq il-wirt taghna (u hawn nassumu li dan jinkludi il-wirt ambjentali u naturali taghna), id-diversità (specjalment dak kollhu li jaghzilna minn postijiet ohrajn) u s-sens ta’ ospitalità … dawk l-istess karatteristici li konna lesti li nissagrifikaw fil-genn sabiex naqilghu aktar flus u malajr minn din l-industrija.

Fl-istess waqt qed jidhru diversi sinjali li juru li certi elementi fl-industrija tat-turizmu qeghdin kull ma jmur jirrejalizzaw li l-gejjieni ta’ l-istess industrija jiddependi mhux ftit fuq kemm l-operaturi jirnexxiehom inaqqsu l-impatt taghhom fuq ir-rizorsi ambjentali u limitati tal-pajjiz. Inizjattiva tajba hija dik ta’ l-iskema ta’ l-eko-certifikazzjoni, fejn l-Awtorita’ Maltijja tat-Turizmu tirrikonoxxi u ticcertifika l-isforzi li jsiru minn stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni turistika sabiex jikkontrollaw l-impatt tat-turisti li jospitaw fuq l-infrastruttura ta’ pajjizna. Fost il-fatturi ikkonsidrati ghal din l-iskema hemm il-generazzjoni u s-separazzjoni ta’ l-iskart, l-uzu ta’ prodotti li jhallu inqas impatt fuq l-ambjent, flimkien ma sforzi sabiex jintuzaw inqas energijja u ilma.

Huwa interessanti naraw kemm irnexxiet din l-iskema sa issa, ghax dan jista’ jservi (sa certu punt) bhala indikatur ta’ kemm l-operaturi f’din l-industrija jiehdu bis-serjeta jew japprezzaw l-importanza tal-harsien ta’ l-ambjent. Sa nofs is-sena 2005, kien hemm 21 stabilliment li applikaw ghal u rnexxielhom jirbhu dan ic-certifikat. Imma dawn l-istabbilimenti jirraprezentaw biss 20% ta’ l-istabbilimenti li joffru akkomodazzjoni turistika f’pajjizna. Imbarra hekk, l-interess f’din l-iskema kien gej principalment minn lukandi ta’ hames stilel, filwaqt li dawk ta’ tliet stilel kienu l-inqas interessati.

Analizi interessanti ricenti saret minn Farsari u Prastacos21 li ppruvaw jidentifikaw l-istrategiji differenti li qed jaddottaw destinazzjonijiet turistici fil-Mediterran ghall-izvilupp ta’ turizmu sostenibbli. Dan l-istudju juri kif filwaqt li l-awtoritajiet f’kull destinazzjoni qed jipprovaw itawlu l-istagun turistiku (b’mod li it-turisti jigu is-sena kollha), dan qed jaghmluh b’mod differenti. Fil-gzejjer Balearici fasslu strategija specifika sabiex waqt li jnaqqsu t-turizmu fix-xhur tas-Sajf, jziduh fix-xhur l-ohra. F’Cipru qed jippruvaw jiddiversifikaw il-prodott turistiku offrut ’lil hinn mix-xemx, bahar u ramel biss. Instab li f’Malta l-isforz huwa aktar indirizzat sabiex nattirraw turisti aktar sinjuri minn pajjizi bhall-Germanja u l-Iskandinavja sabiex jkollna livell ta’ okkupazzjoni ghola fil-lukandi taghna. L-istess awturi jaslu ghall-konkluzjoni li l-gzejjer Balearici qed jirnexxielhom jizviluppaw turizmu sostenibbli veru billi joffru prodott ta’ kwalità li jwassalhom jibqghu kompettitivi fl-oqsma tas-suq li huma diga stabbiliti, waqt li fl-istess hin jippromwovu wkoll id-destinazzjonijiet taghhom lill-klijenti ohrajn li mhux necessarjament huma aktar sinjuri, izda li huma differenti. F’postijiet ohra bhall-Cipru u Malta, l-istrategijja addottata sabiex itejbu l-prodott turistiku hija dik li tattira turisti li jhallu l-aktar flus. Imma l-awturi huma tal-fehma li din l-istrategija tista’ forsi tahdem ghal destinazzjonijiet godda imma mhux ghal dawk ‘maturi’ fejn it-turizmu tal-massa huwa diga stabbilit (bhal fil-kaz ta’ Malta).

Hafna drabi l-insistenza mis-settur turistiku li ngibu turisti li jonfqu aktar hu biex il-lukandi jkunu jistghu jitolbu rati ahjar. Dan huwa tajjeb, izda fl-istess hin irridu naraw kif din ser teffetwa ill-lukandi 3 star. Kwalunkwe turist jekk isib opportunitajiet biex jonfoq, fejn ser jiehu ‘value for money’, ser ikun lest jonfoq.

6. Il-kwistjoni tal-korsi tal-golf fl-isfond ta’ zvilupp turistiku sostenibbli

Id-diskussjoni dwar jekk hemmx bzonn jew le ta’ aktar korsi tal-golf f’Malta u Ghawdex issa ilha ghaddejja s-snin. Dan juri bic-car li s-suggett huwa wiehed kumpless u li mhux facli tiddecidi jekk din l-ghazla hix wahda sostenibbli meta tqis il-limitazzjonijiet tal-gzejjer taghna.

Operaturi ewlenin fit-turizmu lokali spiss ipoggu il-htiega ghal aktar korsi tal-golf bhala wahda ta’ prijorità fundamentali ghall-izvilupp f’dan il-qasam. Din l-idea u l-pressjoni li saret wasslu kemm lill-Gvern u kemm lill-Oppozizzjoni biex jaqblu dwar il-htiega ta’ ghallinqas korsa gdida tal-golf f’Malta u ohra f’Ghawdex minkejja l-oggezzjonijiet li ghamlu diversi organizzazzjonijiet li jirrapprezentaw lis-socjetà civili. Din ir-rankatura lejn din l-ghazla bhal qabdet b’aktar sahha s-sena l-ohra. F’Settembru 2004, l-Prim Ministru nkariga lill-MEPA biex, sa’ l-ahhar t’Ottubru, tidentifika numru ta’ siti li jistghu jkunu zviluppati bhala korsi tal-golf. B’hekk setghet tittiehed decizjoni mill-Gvern dwar fejn dawn ghandhom isiru. Dan l-ezercizzju sar, u kienu identifikati numru ta’ siti: tal-Gawhar f’Hal Safi, is-sit tal-White Rocks, l-espansjoni tal-korsa ezistenti fil-Marsa, Ghajn Mellel u Ta’ Cenc f’Ghawdex. Sadanittant, l-Air Malta ghaddiet is-sit ta’ Hal Ferh lill-Gvern, li minn naha tieghu staqsa lill-MEPA biex tikkunsidra wkoll s-sit tax-Xaghra l-Hamra ghal dan l-izvilupp. Sa Mejju ta’ l-2005, l-MEPA bl-ghajnuna tal-konsulent Hawtree, lestiet rapport fuq dan.

Sa’ l-ahhar ta’ Awissu 2005, kien jidher car l-Gvern u l-Oppozizzjoni jaqblu fuq l-izvilupp ta’ korsi ta’ golf sabiex nghollu l-valur ta’ pajjizna bhala destinazzjoni turistika u li jigbed lejna turisti ta’ l-oghla kwalità. L-uniku ‘dettal’ li ma kienx hemm qbil fuqu kien il-post ta’ fejn ghandhom ikunu lokalizzati dawn il-korsi... jigifieri x’kien ser ikun ezattament il-prezz ambjentali li lesti nhallsu.

Min qed jaghmel pressjoni sabiex ninvestu fil-golf, f’diversi okkazzjonijiet, stqarr li investiment fil-korsi tal-golf sa jhajjar lil madwar 30,000 turist gdid lejn pajjizna … u dawn kollha possibilment mhux fix-xhur tas-Sajf. Intqal ukoll li dan it-tip ta’ “turisti tal-golf” ihallu aktar qliegh minn turisti ohra (skond il-kap ezekuttiv ta’ l-MTA, dan jista’ jkun daqs tlett darbiet akbar mill-medja). Skond kif inghad, l-interess fil-golf qieghed jizdied u destinazzjonijiet ohra bhall-Spanja u l-Portugal investew b’success f’dan il-qasam u destinazzjonijiet ohra (fosthom il-Marokk, it-Tunisija, Cipru, l-Egittu u l-Grecja) qed isiru aktar kompettitivi minna. Fi kliem iehor, il-golf qed ikun ipprezentat bhala dak li ser isolvi l-problemi taghna fis-settur turistiku billi jaghmilna aktar kompettitivi, kif ukoll jiddiversifikalna u jtejbilna l-prodott turistiku taghna. Meta tisma’ diskors bhal dan tasal biex temmen li dawn l-esperti li qed jaghtu dawn il-pariri, f’daqqa wahda sabu soluzzjoni daqshekk facli ghall-problemi kumplessi li qed tiffaccja l-industrija tat-turismu f’pajjizna.

Imma l-Kummissjoni tistaqsi jekk hux veru jew le li Malta ttejjeb il-prodott turistiku taghha u tizgura l-kompetittività bhala destinazzjoni turistika sempliciment billi jkollha dawn il-korsi tal-golf. Il-Kummissjoni tinnota b’thassib li filwaqt li l-opinjoni pubblika qed tinghata dan il-messagg, sa issa ghadu QATT ma saru sforzi genwini sabiex dawn l-allegazzjonijiet ikunu sostanzjati b’ricerka indipendenti minn kull interess personali jew partikolari. Il-Kumissjoni thoss li minhabba l-prezz li pajjizna qed jintalab ihallas biex ikollna l-korsi tal-golf, ghallinqas ghandna naraw jekk hux veru jew le li l-golf hux soluzzjoni ta’ min jinvesti fiha QABEL ma niehdu d-decizjoni ta’ fejn sa nibnu il-korsa! Il-mod kif saru l-affarijiet bhal donnu xi hadd iddecieda li ghandna bzonn il-golf u issa fadlilna biss naraw fejn sa npogguh!

Hemm diversi mistoqsijiet li l-Kummissjoni thoss li c-cittadin ghandu d-dritt ta’ risposta ghalihom:

Kemm ahna certi li b’zewgt korsi tal-golf godda nkunu verament nistghu nikkompetu ma’ destinazzjonijiet ohra fil-Mediterran? Veru li t-‘turisti tal-golf’ jippreferu jzuru postijiet fejn ikun hemm diversi korsi u li bi tlieta (jekk nghoddu tal-Marsa) Malta xorta ma tissodisfax dan il-bzonn? Jista’ jkun li fir-realta li biex pajjizna jikkompeti fil-qasam tal-golf irridu mill-inqas korsa jew tnejn ohra flimkien mat-tnejn godda ‘mehtiega’? Il-Grecja bhalissa ghandha biss 6 korsi tal-golf u hemm 10 ohra ippjanati, u xorta mhix ikkonsidrata bhala xi destinazzjoni importanti ghal min jilghab il-golf. Fid-dawl ta’ dan kollhu, veru li Malta tista verament tikkompeti f’dan il-qasam ma destinazzjonijiet ohra fir-regjun? Kemm hi verament sostenibbli u taghmel sens ekonomiku (fit-tul) id-decizjoni li Malta tidhol f’dan is-suq ferm kompettitiv? Jew ikun ahjar kieku l-investiment u l-energija li lesti nutilizzaw ghal dan l-izvilupp, nuzawhom minflok sabiex insahhu dak il-‘kapital’ uniku naturali, socjali u kulturali li jiddistingwina mid-destinazzjonijiet kompetituri taghna, u b’hekk mhux biss inzidu in-numru ta’ turisti b’30,000 fis-sena, izda forsi aktar?

Bl-izvilupp propost tal-korsi tal-golf, x’ser ikun il-prezz ambjentali u socjali li sa jkollna nhallsu fit-tul? Kemm sa nitilfu art? Kemm sa nitilfu mill-bijodiversità ta’ pajjizna? Kemm sa jkunu effettwati l-karatteristici tal-kampanja u l-hajja rurali Maltijja? Kemm sa jkun hemm komunitajiet rurali li sa jkunu sfurzati jaddottaw stili ta’ hajja li ma jridux jaddottaw? Hawn min jargumenta li l-korsi tal-golf ghandhom iservu sabiex ‘ihaddru’ il-pajsagg Malti. Dan l-argument jaghmel sens sakemm dan it-‘thaddir’ isir fuq art verament zdingata u fi bzonn urgenti ta’ rijabilitazzjoni (bhal per ezempju fuq l-gholja tal-Maghtab). Izda kemm nistghu nsibu irqajja ta’ art bhal dawn li jissodisfaw l-esigenzi stretti tal-konsulenti li ngibu minn barra sabiex jghidulna fejn ser nizviluppaw dawn il-korsi tal-golf godda?

Qieghed jikber ukoll is-suspett li l-izvilupp ta’ korsi tal-golf m’huwiex l-iskop veru ta’ l-operaturi fil-qasam tat-turizmu. F’hafna miz-zoni proposti (inkluz dik tax-Xaghra l-Hamra) l-izvilupp ta’ korsa tal-golf tirrekjedi spejjez sostanzjali ghax-xoghol ta’ inginerija mehtieg sabiex l-art timbidel halli ssir tajba ghal dan l-iskop. Sabiex l-izviluppatur jkun jista’ ikopri dawn l-ispejjez, spiss ikun jenhtieg li l-progett jinkludi fih zvilupp ta’ xi zona residenzjali (real estate development). Jezisti l-periklu serju li dan il-‘bzonn turistiku’ iservi ta’ paraventu ghal ezercizzju iehor ta’ spekulazzjoni ta’ l-art ... xi haga li f’dan il-pajjiz tant ckejken sirna esperti fiha. Dan huwa riskju serju li jissemma’ wkoll f’dokument tal-MEPA relatat ma’ dan it-tip ta’ zvilupp22.

Il-Kummissjoni tibza’ li sa nergghu nassistu ghar-ripetizzjoni ta’ storja li pajjizna sfortunatament dara, li:

xi hadd li sa jiggwadanja bil-kbir minn dan il-progett iwebbel lill-awtoritajiet bil-vantaggi kbar li sa nirbhu minn dan l-izvilupp;
tibda kampanja ta’ rapporti u artikli fil-medja li juru biss il-vantaggi proposti halli jippruvaw idawru l-opinjoni pubblika favur dan l-izvilupp;
il-progett isehh xorta wahda, minkejja li jkun hemm oggezzjonijiet serji kontra dan l-izvilupp kemm minn esperti fil-qasam kif ukoll mill-pubbliku;
il-progett jirrendi l-profitt mistenni lil dak li originalment hareg bl-idea;
l-izvilupp (minhabba li ma kienx sostenibbli) jibda jfalli w eventwalment ikun abbandunat; u
l-hsara li tkun saret tibqa’ ma wicc il-poplu Malti li imbaghad ikollu jara kif sa jsib uzu (u forsi jintalab ihallas) ghall-isfregju li jkun sar.

7. Konkluzzjoni

Quddiem dawn il-konsiderazzjonijiet kollha u fil-qafas ta’ l-ideat u x-xewqat sbieh li pajjizna jibda jimplimenta l-Istrategija Nazzjonali ghall-Izvilupp Sostenibbli x’sa tkun il-pozizzjoni li sa naddottaw? Fejn ser naqtghu il-linja dwar il-korsi tal-golf u progetti ohra li jipproponu gid immedjat imma b’impatt negattiv irreparabbli ghall-gejjieni?

Il-Kummissjoni Ambjent temmen li l-pressjoni sabiex nilhqu l-miri ta’ tkabbir fin-numru ta’ turisti li jzuruna, m’ghandhiex iservi ta’ ghamad li ma jhalliniex naraw l-effett fit-tul tad-decizjonijiet li ghandna niehdu. Ghamilna wisq zbalji fil-passat fil-qasam turistiku, specjalment meta hallejna l-interessi personali u partikolari ta’ l-operaturi lokali u barranin jiddeterminaw l-andament ta’ din l-industrija u b’hekk dhalna fi sqaqien li difficli nohorgu minnhom. Ma nistghux nirrepetu dawn l-izbalji b’detriment dirett lejn is-sostenibbiltà ta’ l-industrija turistika.

Meta l-Kummissjoni Ambjent qieset bir-reqqa l-fatti kollha, b’mod oggettiv ’lil hinn minn kull interess personali u pressjoni (mill-awtoritajiet, mill-partiti politici, mill-izviluppaturi u mill-ghaqdiet ambjentali) waslet ghall-konkluzjoni li ma tara l-ebda raguni valida li tissostanzja l-idea li l-izvilupp ta’ korsi godda tal-golf ghandu jkun element importanti fl-izvilupp sostenibbli kemm ta’ din l-industrija u kemm tal-pajjiz.

Fl-istess waqt il-Kummissjoni thossha mhassba hafna b’certa superficjalità u indifferenza fl-imgieba tas-socjetà Maltija meta din tkun iffaccjata b’decizjonijiet importanti bhal dawn. Nghidu ahna fil-kwistjoni ta’ l-izvilupp propost tal-korsa tal-golf fl-inhawi tal-Verdala. L-istess Environmental Impact Statement mressaq mill-izviluppatur kien wera l-istat ta’ abbandun f’dawn l-inhawi (inkluz hitan tas-sejjiegh imgarrfa, zoni importanti ekologici u arkeologici mitluqa u mhux imharsa, ecc). Fl-opinjoni ippubblikata mill-Kummissjoni fuq din il-kwistjoni, konna ghamilniha cara li waqt li ahna konna kontra dan l-izvilupp:

“Li tichad din il-proposta mhux bizzejjed biex tipprotegi l-kapital naturali (natural capital stock) tal-lokalità. Jenhtieg inkunu aktar proattivi minn hekk u nimplimentaw malajr programm ta’ rigenerazzjoni u ristorazzjoni li ma jkunx jiddependi minn investiment u kapital iggenerat mis-sagrificcju ta’ l-istess kapital kif propost mill-izvilupp tal-korsa tal-golf. Irridu nkunu kapaci inparlaw inqas u nahdmu aktar.”

L-istess fil-kwistjoni ta’ l-Interim Landfills fl-inhawi ta’ Hagar Qim u l-Imnajdra, il-Kummissjoni kienet qalet:

“F’dan l-istadju hu opportun li l-Kummisjoni tikkummenta li, fid-dawl ta’ l-importanza unika tal-wirt arkeologiku ta’ siti bhall-Imnajdra (x’aktarx l-aktar struttura antika fid-dinja) u l-istat relattivament fqir li fih jinsabu certu elementi ta’ l-istruttura, l-awtoritajiet kompetenti qed juru nuqqas ta’ sensitività lejn din is-sitwazzjoni mweghra. Per ezempju, il-fatt li l-ES ma sabx informazzjoni dwar il-kwalità ta’ l-arja f’dawn is-siti, turi li lanqas biss ahna konxji tal-hsara li tista’ ssir lil dawn it-tempji, ahseb u ara kemm ahna kapaci nilqghu ghall-hsara li jistghu jaghmlu zviluppi fil-lokal fil-gejjieni.”

Kif nafu, dawn iz-zewg proposti kienu irrifjutati mill-awtoritajiet tal-MEPA. Izda dan ir-rifjut fih innifsu ma wassalx sabiex qomna mir-raqda u nkunu proattivi billi nahdmu ha nsolvu l-istat ta’ abbandun ta’ dawn l-istess l-inhawi li kienu ser jintlaqtu min dawn l-izviluppi. Skond zjarat li ghamilna apposta f’dawn l-inhawi f’April 2006, jidher li dan l-istat ta’ abbandun f’dawn l-inhawi ... jekk xejn zdied u mhux naqas. X’hasra! U naghmluha cara mill-ewwel, ma nilludux ruhna, din ir-raqda jew nuqqas ta’ hegga hija mifruxa fuqna ilkoll, mhux biss fuq l-awtoritajiet kompetenti. Irridu nirrejalizzaw li l-ahjar arma kontra l-izvilupp mhux sostenibbli mhi qatt dik li ma taghmel xejn u li thalli kollox ghar-riehu!

Kif ghamlet fil-passat, il-Kummissjoni Ambjent ta’ l-Arcidjocezi ta’ Malta lesta li bil-mezzi limitatissimi li ghandha, tghin b’kull mezz sabiex ikun hawn gharfien gdid dwar il-veru kapital tal-wirt ambjentali u kulturali ta’ pajjizna u dwar kif dan jista’ jservi ghat-tkattir ekonomiku veru ta’ pajjizna.