Ebda San Mitri - J.W. Psaila

Dik Żgugina mara Għawdxija,
Kienet toqgħod l-Gharb ’il ġew
U fid-dinja kulma kellha
Għorfa u mandra sewwasew.

Darba waħda ġew bħall-Mislem,
Is-sibbien tal-artijiet,
Xtraw il-għorfa, xtraw il-mandra,
Bil-quddiem, waranijiet.

U bnew torri għoli u kwadru,
Bl-aluminju jilma, jilma,
Biex titgawda l-panorama
Mill-Ġurdan sa fuq Għar Ilma.

U l-werrieta ta’ Żgugina
Jibku, jibku, lejl u nhar
Għax ix-xagħri ta’ tfulithom
Ħabta u sabta għab u mar.

U li kieku kellu jiġi
Il-qaddis li qala’ l-wegħda
Għalxejn jifli fl-Għarb ’il ġewwa
Market difru fejn hi qiegħda.

Għalxejn jiġi San Dimitri
Fuq xi debba għar-riħ għajjura,
Għaliex l-ebda qaddis qawwi
Mhu se jġib ix-xagħri lura.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ritratt mehud minn: Johann Cardona Schranz