Fejn hrabtli ja harruba? - Richard Borg
Medda ghelieqi bejn zewgt irhula
u l-hitan tas-sejjiegh bhal donnhom hbula
jserrpu u jwasslu ghall-harruba
Harruba umli w hiemda
b'dawk il-frieghi dellija tieghek kont twaqqaf il-hin
fejn int illum? Ghalfejn hallejtni ltim?
kemm hsibt go fik harruba
Gewwa gufek bhal f'tempju mrewwah u mfewwah
benniena ghall-holm u x-xewqat mtaqqla ta' tfajjel fqir
Hemmhekk kien re u int kont kastell kbir
f'xemx taqli l-fniek u tkarrab werzieq
int kont oasi f'dezert imbeghda ferm
minn dik il-pesta ta' hazen
minn dak l-infern
U f'nofs dak id-dezert harruba
u mxabbat minnha rasi l-isfel jien
fejn hrabtli ja harruba? Ghax ma tinstab imkien?
fejn int illum harruba? Kif sa nsir naf min jien?