Tifkiriet - Richard Borg

Ftit snin ilu
Kikkri, platti
Ħajt imbajjad
Ikel bnin

Kċina mrewħa
Nies ta’ ġewwa
Kollox f’postu
U fil-ħin

Bitħa ċkejkna
Sinjorini
Żiffa friska
Hena w skiet

Post in-nanna
Issa nxtara
Iżd’ hemm jibqgħu
t-tifkiriet